“Fejn huma x-xuttijiet minn barra l-kaxxa?”

-  il-plejer Għawdxi Eddie Vella

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Eddie Vella, f’diskursata li kelli miegħu qalli mill-ewwel li “jien dejjem xtaqt nilgħab u nibqa’ nilgħab.  Kont waqaft nilgħab mal-MFA, fl-1975 wara li ħadt il-‘Footballer of the year’.  S’intendi ġietni x-xewqa li nkompli nilgħab.  Għaddew xi snin, u għaqqadt  league bejn erba’ timijiet, li kienu l-Belt, tas-Sliema,  Furjana u l-Ħibs. 

Dan kien biex nilgħabu bi plejers li jkollhom aktar minn 30.  Din kienet suċċerss kbir. Baqgħet għaddejja għal 9 snin. L-MFA xtaqet torganizzaha hi. Qaluli biex inkun parti minn kumitat tal-MFA però kont iddeċidejt li nieqaf totalment mill-futbol.  Riduni nkun f’kumitat u riduni anki nagħmel regolamenti.  Fl-MFA għamilt snin twal ‘match inspector’.  Kien is-sur Cassar Naudi li pproponieni. Kont il-‘kap tal-grawnd’, nanalizza x’qed isir. Tagħel rapport u mbagħad tarah l-MFA.”

Jitkellem miegħi dwar il-karriera tiegħu u d-diffikultajiet biex minn Nadur jinżel lejn Malta jilgħab. “Jien bdejt mal-Vittoriosa Stars. Wara kienu kellmuni mit-tim tal-belt u talbuni biex nirreġistra magħhom. Irreġistrajt mal-belt u peress li kont bdejt naħdem Malta, stajt nigi għat-taħriġ magħhom. Niftakar l-ewwel logħba mal-Vittoriosa Stars. Tlaqt minn Nadur  f’5.30 ta’ filgħodu, kien Ottubru. Minn Nadur inżilt bil-mixi lejn ix-xatt. Dan fuq triq mhux asfaltata. Imxejt mil u nofs. Irkibt il-vaġur Banċinu. Kien il-maltemp u ħadna battikata sakemm wasalna l-Marfa.  Qbadt il-karozza tal-linja ta’ Kastilja. Wasalt hemm u minn hemm kelli nitlaq niġri għal Putirjal biex naqbad karozza għall-Birgu. Tlajt u spiċċajt bil-wieqfa u wasalna ħdejn id-dockyard. Kont naf x’inhi imma qatt ma kont mort. 

Wara li għaddejna il-grada prinċipali, jien qomtu u għedt lix-xufier biex meta naslu l-Birgu iwaqqafni. Hares lejja u qalli li għaddejnieh l-istage tal-Birgu. Waqqafli. Tlaqt nigri lejn il-Birgu bil-barżagga wara dahri.  Ġara li kien hemm wieħed tal-kumitat u rani niġri u għedtlu x’ġara li waqaft ‘lbogħod.  Mort għal-logħba u kulħadd iħares lejja għax Għawdxi. Lgħabt mill-ewwel u kienu għażluni l-aħjar plejer tal-logħba. Sirt plejer regolari tan-nofs staġun li kien fadal.”

Innutajt f’din it-Tazza tad-Dinja li ħafna mill-blalen itellgħuhom mix-xellug

Ma’ Eddie Vella tkellimt dwar l-impressjoni tiegħu tal-logħob f’din it-Tazza tad-Dinja. Jgħidli li “fi żmieni konna nilgħabu b’teknika differenti.  Erba’ fid-difiża. Dak li konna ngħidulu is-centre forward kien ikun immarkat dejjem mill-stopper. Konna nkunu raġel ma’ raġel. Fis-sistema biex nagħmlu l-gows kien tigi mnn fuq il-wing u ġieli  konna nħabbtu l-ballun mas-centre forward u tixxuttja minn barra l-kaxxa. Fil-logħob li rajna f’din it-Tazza tad-Dinja hu li l-maġġor parti tal-plejers jużaw sieqhom tax-xellug u jidħlu fi dribble strett billi jilgħabu l-ballun. Minn dak li rajt li l-maggor parti tal-blalen jitilgħu fuq ix-xellug. Dribbles billi jaqbdu l-ballun imexxuh fil-ġenb u jixxuttjawh bl-istess sieq tax-xellug u minn hemm isir il-kross jew li l-ballun jitqassam. Rari jitfgħu l-ballun fit-tul. Ftit rajt xuttijiet minn barra l-kaxxa”.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport