Kien għall-ħabta tal-10.20am meta l-voluntieri tal-Wildlife Rescue Team Malta ġew informati li kien hemm fekruna mwaħħla ma’ xi plastik u anke injam. Minħabba li l-kundizzjonijiet tal-baħar kienu ftit imqalleb kellhom jisejjħu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Dawn marru b’dgħajsa li sabu l-fekruna u hekk kif ħaduha lejn ix-xatt tal-Għadira ingħatat lill-voluntieri.

Il-fekruna ngħata l-isem ta’ Belle. Wara li ġiet eżaminata minn VET, b’xorti tajba l-plastik li kellha mdawwar magħha ma kienx daqshekk issikkat u allura ma saritx daqshekk ħsara.