Il-kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa ta’ Malta taħt id-19-il sena, Melania Bajada, ħabbret skwadra ta’ 20 player għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni li ġejjin tal-Kampjonat Ewropew tan-Nisa taħt id-19-il sena tal-UEFA.
It-tliet partiti kollha se jintlagħbu fiċ-Centenary Stadium. Malta tibda l-impenji tagħha kontra r-Repubblika Ċeka fis-6 ta’ Ottubru fis-2.30pm, segwita minn partita kontra r-Rumanija fid-9 ta’ Ottubru fis-2.30pm. L-aħħar partita kontra l-Każakstan tintlagħab fit-12 ta’ Ottubru fin-12:30pm.
Malta se tospita l-partiti ta’ Grupp B6 (League B) tal-ewwel fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tan-Nisa taħt id-19-il sena tal-UEFA għall-istaġun 2026/27. Is-sitt rebbieħa tal-gruppi ta’ League B u l-aħjar tim li jispiċċa fit-tieni post jiksbu l-promozzjoni għal League A għat-tieni fażi li ssir fir-rebbiegħa tal-2027. Din il-kompetizzjoni twassal għat-turnew finali li se jsir fl-Ungerija f’Ġunju tal-2027.
It-turnew se joffri lill-iskwadra esperjenza internazzjonali kompetittiva oħra ġewwa darna.
Il-Partiti
06/10/2026 | Malta v Repubblika Ċeka | Centenary Stadium | 2.30pm
09/10/2026 | Rumanija v Malta | Centenary Stadium | 2.30pm
12/10/2026 | Każakstan v Malta | Centenary Stadium | 12:30pm
Skwadra
Goalkeepers
Maya Muscat (Hibernians FC), Julia Marija Zarb (Valletta FC)
Defenders
Amber Galea (Hibernians FC), Edison Grixti (Hibernians FC), Nina-Lee Naudi (Sampdoria – Italja), Krista Sacco (Birkirkara FC), Martina Vassallo (Mġarr United FC), Kristina Zammit (Valletta FC)
Midfielders
Amy Catania (Hibernians FC), Alanah Ghio (Hibernians FC), Thais Muscat (San Gwann FC), Pearl May Schembri (Mġarr United FC), Kay Axiak (Valletta FC), Gloria Cassar (Birkirkara FC), Olivia Nazarko (Hibernians FC), Yasmine Ghenam (Birkirkara FC), Madison Grace Cachia (Illawarra Stingrays, Awstralja)
Forwards
Lisa Calleja (Hibernians FC), Crista Chetcuti Ganado (Peterborough United Women – Ingilterra), Somaya Muscat (Valletta FC)




