Thursday, December 26, 2024

Fenerbahce joħorġu mill-ground  fil-logħba għas-Super Cup

Aqra wkoll

Fenerbahce niżlu bit-team ta’ Taħt id-19-il sena fis-Super Cup Torka kontra r-rivali Galatasaray – u t-team żagħżugħ ħareġ mill-ground wara minuta bi protesta għal allegat trattament inġust.

Fenerbahce kienu talbu li l-partita tiġi posposta hekk kif nhar il-Ħamis qed jiffaċjaw kwarti-finali tal-Europa League kontra Olympiakos tal-Greċja. L-awtoritajiet tal-football irrifjutaw it-talba.

Goal ta’ Mauro Icardi kien ta vantaġġ lil Galatasaray qabel ma l-avversarji tagħhom ċedew il-logħba. Il-partita ġiet abbandunata u Gala­tasaray iċċelebraw ir-rebħ tat-tazza.

Wara l-logħba abbandunata, Fe­nerbahce ħarġu stqarrija fejn qalu li l-club niżel fil-grawnd “mhux biex jirbaħ iżda biex jiddefendi l-verità.”

Fenerbahce kkunsidraw li jħallu s-Super Lig Tork, iżda l-membri vvutaw kontra li jagħmlu dan.

Il-partita tal-Ħadd kienet qed issir madwar 1,000 kilometru minn Istanbul fejn hemm ibbażati ż-żewġ naħat, f’Sanliurfa – li ntlaqtet minn terremot devastanti s-sena l-oħra.

Id-dħul mill-logħba kien qed jingħata lill-vittmi tat-terremot, li ħasad aktar minn 53,500 ħajja.

Ekonomija

Sport