Mijiet ta’ persuni lbieraħ filgħaxija attendew għall-ewwel edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Pupazzi li sar fl-Għarb.

Dawk preżenti setgħu jaraw wirjiet ta’ 3 pupazzi enormi li nġabu minn barra minn Malta apposta għal dan il-festival.
Dan kollu sar fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Għarb.