Wednesday, July 24, 2024

Feyenoord iridu lil Bryan Gil

Aqra wkoll

Feyenoord ikkuntattjaw lil Tottenham Hotspur sabiex jippruvaw jakkwistaw lil Bryan Gil. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u ftit irnexxielu jħalli impatt fit-Tottenham Hotspur Stadium hekk kif minn 42 logħba qatt ma skorja. Hu mhux dejjem sab kontinwita’ ma’ dan it-tim apparti li għamel ukoll xi perjodu misluf lil Valencia u Seville.

Feyenoord għandhom bżonn winger fuq il-linja xellugija għall-istaġun li ġej bil-kowċ Arne Slot li jarah bħala ideali għal dan ir-rwol.

Ekonomija

Sport