Saturday, May 4, 2024

Castello Lukeba bejn Chelsea u Man Utd?

Aqra wkoll

Chelsea u Manchester United qed jevalwaw sew il-profil tal-plejer żagħżugħ Castello Lukeba. Dan tal-aħħar għad għandu biss 21 sena u jilgħab bħala difensur ċentrali ma’ RB Leipzig. Matul dan l-istaġun hu lagħab 28 darba mat-tim Ġermaniż u skorja gowl wieħed biss. Hu kellu wkoll is-sodisfazzjon jiddebutta mat-tim nazzjonali Franċiż hekk kif il-kowċ Didier Deschamps ra l-potenzjal tiegħu fid-difiża.

Qabel ma ngħaqad ma’ RB Leipzig, Lukeba kien jilgħab ma’ Lyon fejn hemmhekk stabilixxa ruħu sew. Issa se jkun hemm dwell bejn ir-Red Devils u l-Blues min minnhom se jieħdu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport