Wednesday, July 24, 2024

Newcastle United favoriti għal Ousmane Diomande

Aqra wkoll

Skont diversi ġurnali Portugiżi, Newcastle United jinsabu favoriti fuq Liverpool għad-difensur ta’ Sporting Lisbon Ousmane Diomande. Dan il-plejer ta’ 20 sena ilu jissemma’ li jista’ jmur jilgħab fl-Ingilterra bil-Magpies li issa żiedu l-offerta tagħhom u l-plejer mistenni jaċċetta u jmur jilgħab f’St James Park. Is-somma li qed tissemma’ hi dik ta’ £69 miljun.

Ousmane Diomande lagħab 28 partita matul dan l-istaġun ma’ Sporting Lisbon u skorja żewġ gowls. Hu wkoll plejer regolari mat-tim nazzjonali tal-Kosta tal-Avorju.

Ekonomija

Sport