Sunday, November 24, 2024

F’Ġunju saru 996 kuntratt ta’ bejgħ ta’ propjetà

Aqra wkoll

Matul Ġunju li għadda saru 966 kuntratt ta’ bejgħ ta’ propjetà b’valur ta’ €243.9 miljun.

Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li qalet li kważi 91% tal-kuntratti kienu jikkonsistu minn individwi

L-istess rapport jgħid li f’Ġunju ta’ din is-sena kien hemm tnaqqis ta’ 2.9% fil-kuntratti ta’ bejgħ ta’ propjetà residenzjali u 4.9% inqas fil-valur meta mqabbel ma’ Ġunju tal-2023.

Dwar l-għadd ta’ konvejni f’Ġunju li għadda kien hemm 1,080 li wkoll kien hem tnaqqis ta’ 5% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena qabel.

L-aktar kuntratti saru fuq proprjetajiet f’San Pawl il-Baħar fejn inbiegħu 73, kif ukoll fiż-żona ċentrali mill-Mosta sal-Mellieħa fejn ġew irreġistrati 95 kuntratt

Filwaqt li l-inqas numru ta’ kuntratti ta’ proprjetajiet mibjugħa kienu fid-distrett tal-Punent u Għawdex b’96 u 114-il kuntratt rispettivament

Ir-rapport tal-NSO jgħid li f’Ġunju ġew irreġistrati 1,054 proprjetajiet residenzjali”.

Sport