Żewġt aħwa ġew arrestati wara li oħthom sfat maqtula fi sparatura waqt argument fuq ir-rigali tal-Milied.
Uffiċjal ta’ Florida qal li l-mara ta’ 23 sena kienet milquta minn tir f’sidirha minn ħuha waqt li kellha magħha lil binha ta’ 10 xhur fil-carrier. Ħuh l-ieħor imbagħad ħadlu l-pistola u sparalu biha.
Ingħad li l-argument seħħ wara sparatura fuq min kellu l-akbar ammont ta’ rigal. Ix-Sheriff Bob Gualtieri qal lill-ġurnalisti, li l-ġuvni ta’ 15-il sena ħarab minn fuq il-post u anke rema’ l-pistola.
Ħuh iż-żgħir l-ieħor ta’ 14-il sena kellu jittieħed l-isptar għall-kura iżda jinsab f’kundzjoni stabbli. Huwa mistenni li jiġi interrogat meta jkun rilaxxat mill-isptar.
Il-prosekuturi fil-pajjiż se jkunu qegħdin jaraw il-każ u jiddeċiedu jekk għandhomx jixluh bħala adult b’rabta mal-qtil t’oħtu.
Il-mara kienet ukoll ittieħdet l-isptar fejn ġiet iċċertifikata mejta. Il-ġuvni l-ieħor ta’ 15-il sena ġie arrestat u qed ikun akkużat b’attentat ta’ qtl tal-ewwel grad u intralċ ta’ provi.