Monday, May 13, 2024

Fi ftit xhur oħra se jiżdiedu mas-70 kilometru ta’ cable taħt l-art 

Aqra wkoll

Bħala parti minn investiment estensiv, il-Korporazzjoni Enemalta qed tikkolabora ma’ Infrastructure Malta u Transport Malta fi sforz kollettiv  biex jgħaqqdu r-riżorsi tagħhom flimkien sabiex fi ftit tax-xhur oħra, jiżdiedu iktar minn 70 kilometru ta’ cables ta’ 11-il kilovolt taħt l-art mal-grid nazzjonali. 

Dan ħabbritu il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġja u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli fil-Parlament waqt li kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus.

Fit-tweġiba tagħha l-Ministru Dalli qalet li dan l-investiment se jikkontribwixxi għal servizzi tal-elettriku aktar reżiljenti. Enfasizzat li minbarra dan il-proġett, Enemalta qed tkompli timplimenta l-pjan tagħha ta’ sitt snin li kien imniedi fl-2022. 

Sport