Fi tmiem il-ġimgħa, iċ-ċentru tal-Fgura ser jerġa’ jittrasforma ruħu f’villaġġ tal-Milied ikkaratterizzat minn ikel, ħelu u xorb mill-aqwa, mużika live minn diversi artisti lokali, affarijiet artiġjanali, logħob għat-tfal, presepju ħaj, ‘santa’s grotto’ u ferrovija madwar it-toroq tal-Fgura fost attivitajiet divertenti oħra.

Ikkonferma dan is-Sindku tal-Fgura Clayton Portelli Cascun f’aġġornamenti fuq il-paġna ta’ Facebook hekk kif ikkonferma li għaddejjin il-preparamenti kollha neċessarji filwaqt li stieden lill-pubbliku biex jingħaqad magħhom għal atmosfera mill-aqwa s-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta’ Diċembru.

Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna ta’ ‘Il-Pjazza fil-Milied Fgura’.