Sunday, December 22, 2024

Fiċ-Ċilì: Jaħrab wara li tħallas aktar minn 300 darba l-ammont dovut lilu

Aqra wkoll

Ħaddiem li fl-aħħar tax-xahar intebaħ li rċieva madwar is-somma ta’ £150,000 biż-żball minflok il-paga normali ta’ £450, iddeċieda li jieħu l-flus u jaħrab.

Il-persuna kkonċernata, li l-identità tagħha baqgħet anonima, taħdem fil-Consorcio Industrial de Alimentos fiċ-Ċilì. Għall-ewwel hija ġibdet l-attenzjoni tal-manager dwar il-ħlas żejjed li ngħatat fil-paga ta’ Mejju. Il-manager min-naħa tiegħu għarraf lill-HR b’dan il-każ.

Il-ħaddiem kien laħaq ftehim mal-kumpanija li l-għada jmur il-bank sabiex irodd iż-żejjed li rċieva. Però, minflok ma’ żamm il-wegħda, ir-raġel ġibed is-somma u ma deherx iżjed minn dakinhar ’l hawn.

Skont il-midja lokali taċ-Ċilì, l-imgħallem qatta’ tlett ijiem jipprova jagħmel kuntatt mal-imsemmi ħaddiem, iżda dan kien għalxejn. Xi jiem wara, il-kumpanija ġiet ikkuntattjata mill-avukat li jirrappreżenta lill-ħaddiem u dan infurmahom li r-raġel irriżenja mill-pożizzjoni li kellu ma’ din il-kumpanija.

Eventwalment, il-kumpanija ddeċidiet li tiftaħ każ il-Qorti, fejn ir-raġel qed jiġi akkużat b’serq ta’ flus.

S’issa l-Pulizija għadha ma rnexxilhiex tarresta lill-ħaddiem.

Ekonomija

Sport