Thursday, December 26, 2024

Fil-Brażil: Tfajla ta’ 17-il sena b’disa’ xhur tqala tmut b’xokk elettriku

Aqra wkoll

Jennifer Karolayne tfajla ta’ 17-il sena li kienet waslet fid-disa’ xhur tqala mietet b’xokk elettriku hekk kif ħarġet mill-kamra tal-banju. Il-każ li seħħ fl-istat ta’ Paraiba fil-Brażil ixxokkja eluf ta’ persuni.

Skont informazzjoni li qed tidher fil-midja internazzjonali, jidher li t-tfajla wara li ħarġet mill-kamra tal-banju marret biex titfi l-mobile li kien qiegħed jiċċarġja.

Fl-appartament magħha kien hemm is-sieħeb tagħha li mill-ewwel ċempel għall-għajnuna. Iżda minkejja kull tentattiv biex tiġi salvata, l-omm kienet iċċertifikata mejta fuq il-post. It-tim mediku xorta waħda ħadu lill-omm lejn l-Isptar bit-tama li jsalvaw lit-tarbija, iżda kull tentattiv kien għal xejn.

Is-sieħeb tagħha qal li sema’ ħoss qawwi u lil Jennifer tgħajat għall-għajnuna. Hekk kif daħal fil-kamra fejn kienet sabha mitluqa mal-art. Hu pprova jmur jgħinha, iżda hekk kif għamel dan spiċċa ħa xokk hu wkoll.

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija, Ramirison Pedro, qal li għalkemm l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin kollox qiegħed jindika li dan kien inċident sfortunat u s-sieħeb tat-tfajla bl-ebda mod ma hu suspettat li kien hu li wettaq jew kien involut fil-mewt tagħha.

Ekonomija

Sport