Sunday, November 24, 2024

“Fil-mument tal-prova pajjiżna investa f’dan is-settur u offra soluzzjonijiet”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għalaq is-seduta bid-diskors tiegħu l-Ministru Anton Refalo qal li minkejja d-dell tal-pandemija, pajjiżna kompla jirkupra u jimxi ’l quddiem. Huwa qal li fl-aqwa mument tal-prova l-Ministeru investa f’dan is-settur u offra soluzzjonijiet.

Refalo qal li kien hemm riforma u bdil fil-pitkalija, proċessar tal-laħam fil-biċċerija, il-ħarsien tas-sajjieda u l-protezzjoni tal-bdiewa dwar il-qbiela. Huwa żied ifakkar dwar fondi li ngħataw matul il-pandemija.

Il-Ministru spjega li b’kollox ingħataw €2 miljuni lill-bdiewa li jaħdmu l-art, €2.5 lir-raħħala, €450,000 lis-settur tal-majjal, €320,000 lis-settur tal-ħarsien tal-annimali, kważi €1 miljun lis-sajjieda u ħabbar li fil-jiem li ġejjin se tkun qiegħda tingħata għotja oħra ta’ madwar €800,000 lil dan is-settur.

Sport