Waqt attività politika fil-Mellieħa, il-kandidat Jo Etienne Abela tkellem dwar ix-xogħol tiegħu u qal li dejjem imbotta lilu nnifsu u lit-tim tiegħu biex il-ħajja dejjem toħroġ rebbieħa.
“Is-saħħa m’hawnx prezza. Jiena Għawdxi u naf li għandi l-istess ċans li nimrad daqs Malti. Allura jekk il-mard jolqot lill-istess, l-aċċess għall-fejqan għandu jkun l-istess għal kulħadd.”
“Meta l-Prim Ministru talabni biex nikkontesta kellu ħafna ħsibijiet u anke dubji. Ħsibt fuq il-futur ta’ Malta u Għawdex tagħna. Illum ninsab quddiemkom għax għażilt li nservi lill-pajjiż, il-pazjenti u liċ-ċittadini kollha. It-tmexxija għaqlija u viżjonarja ta’ Robert Abela lili timlini bl-entużjażmu, kuraġġ u bid-determinazzjoni,” qal.
“Prim Ministru fid-diskors tiegħek ta’ nhar il-Ħadd inti ma nsejtx lill-Għawdex. Għal diversi drabi int irreferejt għal pajjiżna bħala Għawdex u Malta. F’isem l-Għawdxin kollha nirringrazzjak minn qalbi. Inti kburi li inti l-Prim Ministru ta’ Għawdex daqskemm int ta’ Malta… dan ifisser ħafna għalina l-Għawdxin. Għawdex il-post fejn bi tmexxija għaqlija l-ambjent u t-turiżmu narawhom bħala parti minn xulxin, mhux rivali ta’ xulxin.”