Wednesday, July 24, 2024

Fil-periklu li jitlef ħajtu r-raġel li ttajjar f’Għawdex

Aqra wkoll

Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li għall-ħabta tas-7:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 63 sena residenti ż-Żebbuġ kien intlaqat minn Citroen Berlingo misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti r-Rabat Għawdex.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku u ambulanza li ta l-ewwel assistenza lir-raġel milqut sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li sofra ġrieħi serji. Wara ssejjaħ ħelikopter biex ir-raġel seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei minħabba l-qagħda kritika tiegħu.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana li fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

7:30 a.m: Jittajjar raġel f’Għawdex

Raġel ta’ 63 sena miż-Żebbuġ Għawdex ittajjar minn vettura fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex, eżatt ftit ‘il fuq mill-Kurja tal-Isqof.

Skont informazzjoni li għandu dan is-sit l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.15am meta r-raġel jidher li ħareġ bil-mixi minn Triq Dun Karl Bondi u hekk kif xiref fi Triq ir-Repubblika ġie mtajjar mill-vettura.

Sorsi qrib dan is-sit qalu li r-raġel għandu ħanut fl-inħawi u mhux eskluż li kien sejjer jiftaħ l-istess ħanut biex jibda l-ġurnata tax-xogħol tiegħu. Minkejja li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa, persuni fuq il-post li tkellmu ma’ Talk.mt qalulna li r-raġel kien mitluf minn sensieh.

Fi ftit ħin wasal fuq il-post tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex u wara li ngħata l-ewwel għajnuna hu ttieħed l-isptar b’ambulanza.

It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku u għalhekk wieħed jistenna li jinġema ftit traffiku mhux ħażin hekk kif f’dawn il-ħinijiet kulħadd ikun sejjer xogħol.

Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Ekonomija

Sport