Sunday, December 22, 2024

Fil-periklu tal-mewt wara ħabta ma’ vann f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr Għajnsielem.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha XTZ misjuq mill-vittma u vann Isuzu misjuq minn raġel ta’ 80 sena residenti Għajnsielem.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura. Aktar tard huwa rriżulta li sofra minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport