Sunday, May 5, 2024

Kważi terz tad-Deputati tal-Oppożizzjoni b’impjieg mal-Gvern

Aqra wkoll

Kważi terz tad-Deputati Nazzjonalisti huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f’kumpaniji fejn il-Gvern għandu b’xi mod interess maġġoritarju u ta’ kontroll, jew f’aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru.

Dan irriżulta minn mistoqsija li d-deputata Parlamentari Rosianne Cutajar għamlet lill-Prim Ministru. 

Fit-tweġiba tiegħu l-Prim Ministru qal li skont l-informazzjoni miġbura hemm 13-il deputat minn fost il-35 deputat tal-Oppożizzjoni li qegħdin iservu f’karigi skont kif indikat.

David Agius iservi bħala Manager għar-riżorsi umani fil-Port Ħieles, Graziella Attard Previ taħdem bħala Senior Social Worker mal-Aġenzija Sapport, Charles Azzopardi jaħdem bħala Għalliem fit-Taqsima tal-Edukazzjoni, Ivan Bartolo jaħdem bħala Senior Clerk mal-Jobsplus, Toni Bezzina jaħdem bħala Senior Architect & Civil Engineer mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, Albert Buttigieg jaħdem bħala Senior Manager mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukazzjonali, Ryan Callus jaħdem bħala Uffiċjal għall-Protezzjoni tal-Ambjent fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Ivan Castillo jaħdem bħala Principal Technical Officer mal-Enemalta, Janice Chetcuti taħdem bħala Instructor mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali (MAFA), Robert Cutajar jaħdem bħala uffiċjal fi grad 9 fil-Klassi għas-Servizzi Ġenerali mad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, Graziella Galea taħdem bħala Senior Architect ma’ Infrustructure Malta, Justin Schembri jaħdem bħala Għalliem mad-Dipartiment għall-Eżamijiet u Ian Vassallo li jaħdem bħala Senior Allied Health Professional (Podjatrija) fl-Isptar Mater Dei.

Sport