Friday, April 19, 2024

FILMATI: Żgħażagħ ipoġġu ħajjithom f’periklu kbir wara li jixxabbtu mal-“itwal tower crane” f’Malta fis-sirda tal-lejl

Aqra wkoll

Żagħżugħ barrani, flimkien ma’ żagħżugħ ieħor ukoll barrani, li għandu channel fuq YouTube taħt l-isem ta’ “The Little Nuisance” ddeċieda li jpoġġi ħajtu f’periklu kbir meta mhux biss daħal mingħajr permess u mingħajr ebda ilbies protettiv f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan, iżda saħansitra xxabbtu ma’ tower crane.

YouTube video

Fil-filmat iż-żewġ żgħażagħ jidhru jidħlu fis-sit fis-sigħat ta’ matul il-lejl u jidhru jixxabbtu sal-quċċata tat-tower crane, dak li huma ddeskrivewh bħala l-itwal wieħed f’Malta.

Jekk dan ma kienx biżżejjed huma anke poġġew fit-tarf minn għoli tremend biex ikunu jistgħu jittawlu għal isfel. Il-periklu kompla jiżdied hekk kif waqt li kienu f’dak l-għoli, ħaddiema li daħlu għall-jum tax-xogħol jidher li bdew iħaddmu l-makkinarju tal-kostruzzjoni. Il-filmat kien ippubblikat jumejn ilu.

YouTube video

Dan mhux l-uniku filmat “mimli problemi” li ż-żagħżagħ ippubblikaw fuq YouTube waqt li kienu f’pajjiżna. Dan hekk kif ftit tas-sigħat ilu kien ippubblikat filmat ieħor, biż-żgħażagħ din id-darba jinżlu fil-funtana tat-Tritoni l-Belt Valletta u anke jixxabbtu magħha. Din id-darba huma ġibdu l-attenzjoni ta’ uffiċjali tas-sigurtà li min-naħa tagħhom avżaw lill-pulizija dwar dak li kien qed jiġri.

Sport