Friday, September 11, 2026
Home Sport Finn Jeltsch bejn Arsenal, Liverpool u Manchester United?

Finn Jeltsch bejn Arsenal, Liverpool u Manchester United?

0
46

Finn Jeltsch, difensur ta’ 20 sena ta’ Stuttgart, qed jiġbed l-interess ta’ Manchester United, Arsenal u Liverpool. 

Jeltsch sar player regolari mat-team Ġermaniż u diġà lagħab żewġ logħbiet fil-Bundesliga dan l-istaġun. Huwa għamel ukoll id-debutt tiegħu fiċ-Champions League f’rebħa kontra Viking.

Jeltsch, li trabba fl-akkademja ta’ Nurnberg, ingħaqad ma’ Stuttgart fl-2025 għal madwar €9.5 miljun. Minn dakinhar kompla jiżviluppa u issa qed jitqies bħala wieħed mid-difensuri żgħażagħ promettenti fil-Ġermanja.

Juventus ukoll qed isegwu l-progress tiegħu, iżda l-kompetizzjoni mill-clubs Ingliżi tista’ tagħmilha diffiċli għalihom biex jiksbuh. 

Fir-rebbiegħa tal-2026, Jeltsch kien stmat għal madwar €35 miljun, iżda l-valur tiegħu kompla jiżdied. 

Stuttgart issa mistennija jitolbu somma sinifikanti ħafna biex iħalluh jitlaq.

Madankollu, Manchester United, Arsenal u Liverpool bħalissa mhumiex qed ifittxu li jiffirmawh immedjatament. Kollha qed jarawh bħala investiment għall-futur. 

Jeltsch għandu potenzjal kbir imexxi lid-difiża ta’ Stuttgart u, fil-futur, jista’ wkoll jilgħab rwol importanti mat-team nazzjonali Ġermaniż.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here