Wednesday, November 27, 2024

Fiorentina u Roma fil-kwarti-finali tal-Coppa Italia

Aqra wkoll

Fiorentina u Roma kkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-Coppa Italia meta għelbu bl-iskor identiku ta’ 1-0 lil Sampdoria u Genoa rispettivament.

Fiorentina mill-ewwel rebħu l-inizjattiva u kienu fil-kontroll tal-logħba biex meritatament fil-25 minuta fetħu l-iskor minn Antonin Barak b’xutt qawwi mill-viċin. 

Fil-ħin miżjud, Sampdoria spiċċaw jilagħbu biex player inqas meta Jeison Murillo ntwera t-tieni karta safra.

B’hekk issa Fiorentina jiffaċċjaw lil Torino. 

Roma għelbu lil Genoa bl-iskor ta’ 1-0 grazzi għall-goal ta’ Paulo Dybala, skorjat  fl-64 minuta minn azzjoni personali. 

Minkejja li ddominaw għal bosta ħinijiet, il-Giallorossi ma setgħux jagħlqu l-partita minħabba li ma kienux preċiżi quddiem il-lasti avversarji. 

Fil-kwarti-finali huma se jiltaqgħu kontra r-rebbieħ bejn Napoli u Cremonese. 

Sport