Saturday, May 4, 2024

Barcelona jikkwalifikaw għall-finali tas-Super Cup Spanjola

Aqra wkoll

Barcelona kkwalifikaw għall-finali tas-Super Cup Spanjola meta għelbu lil Real Betis 4-2 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 2-2 … biex nhar il-Ħadd li ġej huma jilagħbu kontra Real Madrid liema partita se tintlagħab, f’Riyadh, fl-Arabja Sawdija. 

Barcelona kienu dejjem fil-vantaġġ, b’Real Betis jirkupraw mill-iżvantaġġ. Fil-veritá, il-Katalani ddominaw dan il-konfront u fl-40 minuta, huma fetħu l-iskor minn Robert Lewandowski.

Iżda kwarta mit-tmiem  Nabil Fekir kiseb id-draw għal Real Betis  biex il-partita kellha tmur għall-ħin barrani. 

U appena għaddew tliet minuti Ansu Fati spara volley biex reġa’ xeħet lil Barca fil-vantaġġ. Peró, fil-101 minuta, Loren Moron irreċiproka għal Betis permezz ta’ daqqa ta’ takkuna. 

Bir-riżultat jintemm 2-2, kien jinħtieġ li jingħataw il-penalties fejn Barcelona ħarġu rebbieħa 4-3 … fejn Roberto Lewandowski, Franck Kessie, Ansu Fati u Pedri skorja għal Barcelona filwaqt li l-goalkeeper, Marc-Andre Ter Stegen, salva t-tenattivi ta’ Juanmi u William Carvalho.  

Sport