Wednesday, March 27, 2024

PL Ingliż: Chelsea jitilfu kontra Fulham u jitilfu lid-debuttant Joao Felix bi tkeċċija

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Fulham Marco Silva faħħar ‘lejl mill-aqwa għall-club u l-partitarji’ hekk kif it-team tiegħu għeleb lil Chelsea b’10 players fid-derby tal-punent ta’ Londra, fi Craven Cottage. 

Kien Carlos Vinicius (72) li bir-ras skorja l-goal tar-rebħa wara li  l-winger tal-Portugall Joao Felix tkeċċa fid-debutt tiegħu ma’ Chelsea meta l-iskor kien 1-1.

Willian (25) poġġa lit-team ospitu fil-vantaġġ kontra l-eks team tiegħu, qabel ma Kalidou Koulibaly kiseb id-draw kmieni fit-tieni taqsima, iżda l-goal ta’ Vinicius ra lil Fulham jitilgħu fis-sitt post fil-Premier League.

“Chelsea huma super team, huma club enormi u l-baġit tagħhom huwa kompletament differenti minn tagħna, ma tistax tqabbel,” qal Silva.

“Kien lejl mill-aqwa għall-partitarji tagħna u hekk ħaqqhom. Għall-club tagħna, għall-partitarji tagħna huwa speċjali u żgur ħassejtha mat-tisfira finali – il-mod kif iċċelebraw kien mument tassew importanti.

“Il-players tagħna s’issa kienu brillanti għall-istaġun iżda nafu li qegħdin f’nofs l-istaġun u bħala manager hemm lok kbir biex nitjiebu.”

Ekonomija

Sport