Wednesday, April 24, 2024

Ismael Bennacer iġedded il-kuntratt ma’ Milan

Aqra wkoll

Ismael Bennacer xejjen rapporti li se jħalli lil Milan hekk kif ġedded il-kuntratt tiegħu sal-2027.

Il-midfielder Alġerin ta’ 25 sena huwa parti vitali mill-iskwadra ta’ Stefano Pioli u kellu rwol kruċjali fis-suċċess tagħhom tar-rebħ tal-kampjonat fl-istaġun li għadda li kien l-ewwel wieħed għar-Rossoneri f’għaxar snin. 

Huwa ffirma kuntratt ta’ erba’ snin u nofs b’salarju ta’ €4.2 miljuni fis-sena flimkien ma’ f’bonuses oħra. 

Huwa għandu klawsola ta’ rilaxx ta’ €50 miljun li tiġi attivata f’Lulju 2024. 

Bennacer esprima s-sodisfazzjon tiegħu b’dan it-tiġdid tal-kuntratt billi qal:

“L-istorja tkompli. B’dan il-flokk għext ħafna mumenti indeskrivibbli u indimentikabbli. Emozzjonijiet li nixtieq li jdumu għal dejjem. Inħossni kburi bl-idea li nkompli nikteb l-istorja ma’ dan il-club. Forza Milan. Dejjem.”

Bennacer ingħaqad ma’ Milan mingħand Empoli f’Awwissu 2019 fi ftehim ta’ madwar €17.2m. Mill-wasla tiegħu, huwa għamel 129 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja erba’ goals u pprovda tmien assists. 

F’dawn l-aħħar xhur, huwa kien qed segwit minn bosta clubs fosthom Liverpool u Manchester United. 

Sport