Friday, December 27, 2024

Fir-Renju Unit: Eluf ta’ nies jaf ma jkollhomx provvista tal-ilma fil-Milied

Aqra wkoll

Dan il-Milied jista’ jagħti l-każ li eluf ta’ djar jispiċċaw mingħajr provvista tal-ilma minħabba li nfaqgħu xi pajpijiet tal-ilma. B’kollox kien hemm madwar 65,000 konsumatur li ġew affettwati minn din il-problema.

Għadd ta’ persuni gergru minħabba din is-sitwazzjoni imposta fuqhom għal għarrieda għaliex dan l-inċident impediehom milli jagħmlu l-faċendi tad-dar. Kien hemm familji li saħansitra qagħdu jdewbu s-silġ biex ikunu jistgħu jużaw il-flaxing tat-toilet.

Tliet kumpaniji tal-ilma — Southern Water, South East Water u United Utilities — kellhom iqassmu għadd ta’ flixkien tal-ilma lir-residenti ta’ Sussex, Kent u Merseyside.

Is-sitwazzjoni f’waħda mil-lokalitajiet tar-Renju Unit wara li nfaqgħu l-pajpijiet tal-ilma.

Intant, il-kumpaniji msemmmija hawn fuq żvelaw li bħalissa għaddejja ħidma kontinwa biex il-pressa tal-ilma tiġi lura għan-normal kemm jista’ jkun malajr, però fl-istess waqt qalu li mhumiex f’pożizzjoni li jagħtu garanzija li l-konsumaturi kollha se jkollhom aċċess għall-provvista tal-ilma sal-Milied.

Ekonomija

Sport