Tuesday, May 14, 2024

L-“El Chapo tal-Ażja” estradit lejn l-Awstralja

Aqra wkoll

L-aktar allegat traffikant tad-droga mfittex fl-Ażja ġie estradit lejn l-Awstralja fejn qed jaffaċċja potenzjalment sentenza ta’ ħabs għal għomru. 

Tse Chi Lop, deskritt bħala l-El Chapo tal-Ażja, jinsab akkużat li mexxa operazzjoni ta’ droga ta’ bosta biljuni ta’ dollari mifruxa fuq diversi pajjiżi fl-Ażja-Paċifiku, mill-Ġappun sa New Zealand. 

Huwa kien arrestat f’ajruport Olandiż is-sena l-oħra mill-Interpol. Wara battalja legali ta’ kważi sentejn, huwa ġie estradit iktar kmieni llum.

Il-Pulizija Awstraljana ħarġet ritratti ta’ uffiċjali armati waqt li kienu qed jeskortawh barra mill-ajruplan fl-ajruport ta’ Melbourne.

Qed ikun allegat li r-raġel ta’ 59 sena huwa l-kap ta’ wieħed mill-akbar sindakati tad-droga “multibiljunarji. Il-kumpanija, magħrufa wkoll bħala s-Sindakat Sam Gor, intqal li tiddomina s-suq tad-drogi illegali madwar l-Ażja. 

Il-Pulizija Awstraljana tistma li hija responsabbli għal sa 70% tad-drogi li jidħlu fl-Awstralja biss. Qalu li l-grupp idaħħal kwantitajiet kbar ta’ droga – partikolarment metamfetamina, iżda wkoll eroina u ketamina – fil-pajjiż f’pakketti tat-tè.

L-akkużi tal-Awstralja kontra s-Sur Tse għandhom x’jaqsmu ma’ allegati operazzjonijiet mill-2012 sal-2013, fejn tagħbija ta’ metamfetamina ta’ A$4.4m (£2.45m; $2.98m) ġiet allegatament traffikata fil-pajjiż.

Sport