Friday, December 27, 2024

Fir-Renju Unit: Għajnuna finanzjarja għal persuni vulnerabbli biex itaffu l-ispejjeż tal-elettriku

Aqra wkoll

Uħud mill-persuni meqjusa vulnerabbli, inkluż pensjonanti, li jgħixu fin-Nofsinhar tal-Ingilterra aktarx li se jkunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja.

Dan hekk kif uħud minn dawn iż-żoni fil-jiem li ġejjin mistennija jintlaqtu minn temperaturi iktar kesħin minn -10°C u għaldaqstant se jkunu jeħtieġu provvista ta’ elettriku ikbar biex iżommu d-djar tagħhom sħan biżżejjed. Intant, l-għan ta’ din l-għajnuna finanzjarja huwa li dawn il-persuni jkunu megħjuna biex itaffu ftit mill-piż tal-ispejjeż.

Kelliem għall-Uffiċċju Metereolġiku tal-Ingilterra, Craig Snell, qal li “Fin-naħa t’isfel tal-Ingilterra u f’Wales, il-poplu għadu milqut minn kesħa kbira, tant li aktarx se jerġa’ jkun hemm xi ċpar li din id-darba mistenni jtul iktar biex jiġi għan-normal”.

Min-naħa l-oħra, it-temperaturi f’Londra jidher li huma inqas kefrin hekk kif skont il-midja Ingliża Metro t-temperatura tal-bieraħ f’Londra kienet tvarja bejn l-4°C u l-5°C, filwaqt li filgħaxija niżlet għal 3°C. Dawn it-temperaturi mistennija jinżammu stabbli matul dawn il-jumejn li ġejjin, sakemm imbagħad fi tmiem il-ġimgħa jitilgħu għal 7°C.

Ekonomija

Sport