Wednesday, April 24, 2024

Fir-Renju Unit: “Ixxukkjati” … tarbija tat-twelid tinqatel mill-kelb tal-familja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ninsabu xxukkjati”. Hekk iddeskriva is-sitwazzjoni qarib ta’ familja fir-Renju Unit, li l-kelb tagħhom qatel it-tarbija  li din il-familja kienet għadha qed tiċċelebra t-twelid tagħha.

It-tarbija li kellha biss 12-il ġurnata kienet se tingħata l-isem ta’ Elon. It-tarbija kienet attakkata mill-kelb fl-aħħar jiem. Il-familja tgħix f’Doncaster, fit-tramuntana tar-Renju Unit.

Il-kelb tat-tip ‘chow chow’, attakka lit-tarbija b’mod vjolenti, bit-tarbija tittieħed immedjatament l-isptar. Qed jingħad li l-kelb għamel dan għax ‘kien għajjur’ għat-tarbija li kienet għadha kif ġiet fid-dar.

Ġara li kemm l-omm Ellis ta’ 27 sena u anke l-missier Joynes ta’ 35 sena ġew arrestati minħabba dan il-każ. Huma ngħataw il-libertà proviżorja. 

Sport