Friday, April 19, 2024

Il-Prim Ministru jiltaqa’ ma’ Haley Bugeja wara prestazzjoni mill-aqwa fid-debut ma’ Sassuolo

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-plejer Maltija ta’ US Sassuolo, Haley Bugeja, fil-Berġa ta’ Kastilja. Il-Prim Ministru tenna li Bugeja qed tagħmel mhux biss isem għaliha, iżda anke isem għal pajjiżna fosthom bi prestazzjoni mill-aqwa fl-ewwel logħba mal-klabb Taljan tas-Serie A.  

Il-Prim Ministru inkoraġġixxa liż-żagħżugħa Maltija sabiex tibqa’ taħdem qatigħ ħalli tkompli tasal għal aktar tragwardi fil-karriera tagħha kemm fuq livell ta’ klabb u anke fil-livell tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa.

Dr Abela ppreżenta wkoll tifkira żgħira lil Haley Bugeja.

Il-Prim Ministru Robert Abela kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima.

Sport