Każ li qed iġib stmerrija u xxokkja għadd kbir ta’ ommijiet li għandhom tfal li jbatu mill-kundizzjoni tal-awtiżmu, seħħ fir-Renju Unit. Tifel awtistiku ta’ 12-il sena, Ronnie Phillips spiċċa f’koma u dan wara li ħareġ mid-dar ma’ ħuh li għandu 11-il sena waqt li ommhom kienet rieqda.
Jidher li l-aħwa iltaqgħu ma’ xi tfal oħra u Ronnie ngħata xarba, li hu ħaseb li kienet alkoħol. It-tifel imbagħad intilef minn sensih.
Ommu, Danielle Potter, kif ġiet infurmata dwar dak li kien ġara bdiet titlob għall-għajnuna. “Irrid nuri lin-nies il-perikli li jeżistu minn drogi, alkoħol u logħob. stipidu. Dawn it-tip ta’ xarbiet huma perikolużi.”
It-tifel ittieħed l-isptar u jinsab f’koma. “Dak li t-tifel tiegħi ħaseb li se tkun xi ħaġa li tagħtihom gost, wasslitu biex qiegħed f’koma, fuq magna tan-nifs”, temmet tappella l-omm