Friday, April 19, 2024

Fir-Russja: Mara taggredixxi koppja waqt li kienu mehdijin f’attività sesswali fil-pubbliku

Aqra wkoll

Mara marret tagħti daqqiet ta’ injama lil koppja li kienu qegħdin jipparteċipaw f’attivitajiet sesswali fil-pubbliku. Dan l-inċident, li seħħ fi Stavropol fir-Russja, ġie ffilmjat minn mara li kienet toqgħod fi blokka appartamenti fil-viċinanza. Skont sorsi li kienu fuq il-post, din il-mara, magħrufa bħala Lady Irina, aggrediet lil din il-koppja b’injama bil-għan li ttihom lezzjoni. 

Fil-vidjow li jidhru saqajn il-koppja ħerġin mill-ħaxix, juri lil Lady Irina viżibilment irrabjata, hekk kif qabdet tgħajjat magħhom u sadanittant qabdet tagħti daqqiet bis-saħħa fuq in-naħa ta’ wara tar-raġel u wara qabdet mal-koxxa tal-mara. Fl-istess vidjow jinstema ċar ir-raġel jokrob bl-uġigħ, hekk kif Irina tagħthom l-aħħar daqqa ftit qabel ma telqet minn fuq il-post. 

Psikologa tal-familja Ntalya Panfilova spjegat kif, “ir-reazzjoni tal-mara hija waħda evidenti. Tant hi rrabjata dwar ix-xena li rat quddiem għajnejha li qabdet l-ewwel ħaġa li sabet fit-triq u sawtet lil din il-koppja biha daqslikieku kienu tfal żgħar. Huwa possibbli li din ir-reazzjoni ġiet kawża ta’ attitudni affetwata minn mentalità qadima.”

Fost kummenti li kien hemm fuq il-vidjow kien hemm persuna fejn qablet dwar kif irreaġixxiet Iriana filwaqt li persuna oħra saħqet, “din il-mara anzjana kixfet il-kriżi demografika li hawn f’dan il-pajjiż b’mod perfett.”

Sport