Monday, May 13, 2024

Fiżjoterapista ta’ Flamengo jitkeċċa wara battibekk jaħraq ma’ plejer

Aqra wkoll

Il-club Brażiljan ta’ Flamengo keċċa lill-fiżjoterapista Pablo Fernandez li allegatament ta daqqa ta’ ponn lill-plejer Pedro. Dan tal-aħħar kien qed jagħmel xi taħriġ qabel ma jidħol waqt il-logħba kontra Atletico Mineiro iżda fl-aħħar mumenti biddel id-deċiżjoni u informa lill-kowċ Jorge Sampaoli li mhux interessat.

Dan kollu ġab ir-rabja ta’ Fernandez li fid-dressing room ikkonfronta lil Pedro u tah daqqtejn ġo wiċċu.

Flamengo se jkunu qed jieħdu deċiżjoni wkoll jekk iżommux lil Sampaoli jew le aktar u aktar għax hu qrib ħafna ta’ Fernandez.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport