Saturday, October 5, 2024

“F’jum il-mara nixtieq inwassal leħen għal kull mara minn Gaża”

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“In-nisa jbatu ħafna hemm f’Gaża. Nerġa’ nfakkek li llum mietu 31,000, b’70% minnhom li huma nisa u tfal. Allura kull mara f’Gaża għandha jew tifel jew raġel jew xi ħadd mill-familja. Kull mara għandha xi ħadd mejjet għax din il-gwerra kif tkellimna qabel hija biex jieħdu Gaża kollha u jridu. F’jum il-mara nixtieq inwassal leħen kull mara minn Gaża”.

Dan iddikjaratu Sanaa El-Nahhal, mara Palestinjana-Maltija li se tkun qed tivvjaġġa b’kontejner ta’ għajnuna umanitarji mill-Maltin f’kollegament mal-kandidata Laburisti għall-Parlament Ewropew Marija Sara Vella Gafà. Fl-istess messaġġ, Sanaa qalet li n-nisa kollha f’Gaża jbatu u li għandhom jiġu rispettati u jiġu ttrattati tajjeb f’ħajjithom. 

Dwar il-kontejners, hija spjegat li sabet għajnuna minn bosta Maltin, mill-Ministeru, mill-Ambaxxatur, minn diversi fabbriki u minn bosta kumpaniji. Dawn kollha għenu sabiex jiibatu żewġ kontejners ta’ għajnuna umanitarja lill-Palestinjani. 

Nahhal qalet; “Ħaqqna jkollna l-libertà għan-nies u jkollna rispett. It-tfal tal-Palestinjani huma tfal u għalhekk ħaqqhom ikollhom skejjel, ikollhom pajjiż. In-nisa huma ommijiet, ma għandhomx  x’jaqsmu mal-gwerer. Dawn ħaqqhom ikollhom pajjiż, ikollhom tfal tagħhom, ikollhom il-ħajja u jkollhom il-futur tagħhom”

Sport