Sunday, December 22, 2024

F’Kalifornja: Tifel ta’ seba’ snin irnexxielu jsalva tifel iżgħar minnu li kien qed jegħreq

Aqra wkoll

Tifel ta’ seba’ snin minn Kalifornja, irnexxielu jsalva tifel ta’ tliet snin li sab diffikulta waqt li kien qed jgħum. Mingħajr l-għajnuna tiegħu żgur li t-tifel iż-żgħir kien jegħreq. 

Il-każ seħħ il-ġimgħa l-oħra meta t-tifel mar biex jgħum fil-pixxina li hemm fil-kumpless tal-appartamenti fejn jgħix. Hekk kif niżel u beda jilgħab, induna li kien hemm tifel ieħor fil-qiegħ tal-pixxina u li dan ma kienx qed jiċċaqlaq. 

Kif ra hekk, għodos fil-qiegħ biex ikun jista’ jtella’ lit-tifel fil-wiċċ. Kif irnexxielu jagħmel dan, laħqet ġiet tifla ta’ disa’ snin li għenitu u t-tnejn flimkien ħarġuh mill-ilma. 

Sadanittant xi nies oħra li laħqu din ix-xena ċemplu għall-ambulanza immedjatament u niżlu jgħinu lit-tfal. Omm it-tifla tat is-CPR lit-tifel bie tgħinu jerġa’ jibda jieħu n-nifs u kif waslet l-ambulanza, it-tifel ittieħed l-isptar għal aktar kura. 

Il-ġenituri tat-tifel verameent ħassewhom kburin bih li kien kapaċi jsalva l-ħajja ta’ dan it-tfel mingħajr ma ħasibha darbtejn li seta’ jkun f’periklu għalih innifsu wkoll.  

Ekonomija

Sport