Sunday, May 5, 2024

Sewwieqa ta’ mutur tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Aqra wkoll

Sewwieqa ta’ mutur iddaħħlet l-isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-01:30 a.m. seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Rumena ta’ 34 sena residenti l-Imqabba, tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qiegħda ssuq, tat-tip Yamaha, u waqgħet.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieqa tal-mutur sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport