Wednesday, April 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Furjana

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Nazzjonali, il-Furjana.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota IQ misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti Tas-Sliema u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti r-Rabat, Għawdex.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport