Tuesday, April 23, 2024

Waterpolo: San Ġiljan jirbħu n-Knock-Out tal-Premier

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

San Ġiljan …………13

Neptunes ………….10

(5-3, 1-4, 4-1, 3-2)

San Ġiljan rebħu n-Knock-Out tal-Premier meta għelbu lill-ġirien Neptunes bl-iskor ta’ 13-10.

Għalihom spikka Nikolai Zammit li rreġistra poker personali, waqt li għal Neptunes l-aqwa skorer kien Alec Fenech li wkoll skorja erba’ goals.

Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet it-tielet telfa f’konfront dirett għal Neptunes matul dan l-istaġun – tnejn kontra San Ġiljan u waħda kontra Sliema. Għalihom, f’din il-finali, iddebutta il-coach Dorian Pisani li ħa post il-coach Montenegrin Jovan Popovic li tkeċċa minn Neptunes fil-jiem preċedenti, biex b’hekk kien qed jaffronta proprju lill-ex team tiegħu, li kien wassalhom ukoll għar-rebħ tal-kampjonat.

San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, bil-goals jaslu minn Peter Borg, Nikolai Zammit, Jake Bonavia minn man-up wara li tkeċċa Michael Spiteri Staines, Andreas Galea u Peter Borg minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li tkeċċa Gabriel Pace. Intant, Jake Muscat irreġistra hat-trick personali għal Neptunes, bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Nicholas Bugelli u t-tieni minn penalty.

Fit-tieni sessjoni, Neptunes wettqu reazzjoni tajba u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1, bl-iskorers għalihom ikunu Alec Fenech (3) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Ben Plumpton, u Jeremy Abela ukoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Nikolai Zammit. L-uniku goal għas-Saints wasal minn Jake Bonavia.

Il-partita kompliet tisbieħ u fit-tielet sessjoni kienu San Ġiljan li ħarġu rebbieħa bl-istses skor li bih Neptunes ittrijonfaw fit-tielet sessjoni jiġifieri dak ta’ 4-1, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorsers il-captain Matthew Zammit, Nikolai Zammit minn penalty, Mattias Ortoleva minn man-up wara li tkeċċa Alec Fenech u Nikolai Zammit ukoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Gabriel Pace.

San Ġiljan rebħu r-raba’ sessjoni bl-iskor strett ta’ 3-2, b’goals minn Nikolai Zammit minn penalty, Andreas Galea u Darren Zammit. Dan sabiex iż-żewġ goals għal Neptunes waslu minn Jake Muscat minn penalty u Alec Fenech.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg (2), 3-Andreas Galea (2), 4-Nico Schiavone, 5-Russell Caruana, 6-Matthew Zammit (1), 7-Ben Plumpton, 8-Daniel Tully, 9-Jake Bonavia (2), 10-Nikolai Zammit (4), 11-Darren Zammit (1), 12-Nicholas Bugelli, 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva (1), 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (4), 3-Sam Gialanze, 4-Gabriel Pace, 5-Jake Cachia, 6-James Spiteri Staines, 7-Stevie Camilleri (1), 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela (1), 10-Michael Spiteri Staines, 11-Alec Fenech (4), 12-Mark Castillo, 13-Marco Rossi Coach: Dorian Pisani

Referees: Luca Bianco, Massimo Angileri

Sport