Tuesday, April 23, 2024

UEFA Conference League: Hibernians impenjati barra minn xtutna kontra Rigas FS

Aqra wkoll

Friski mis-suċċess kontra Levadia Tallinn tal-Estonja, illum Hibernians se jilagħbu fil-pajjiż ġar tagħhom, Latvja, meta jaffrontaw lil Rigas FS liema partita hija valida mill-ewwel leg tat-tielet round ta’ kwalifikazzjonio tal-UEFA Conference League 

Wara li nqalgħu mill-UEFA Champions League kontra Shamrock Rovers tal-Irlanda bl-aggregate ta’ 3-0 (0-3, 0-0),  il-Pawlisti lagħbu fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League u elimina lil Levadia bl-aggregate ta’ 4-3 (3-2, 1-1). 

Bla dubju, li l-isem ta’ “Riga” ma tantx iġib memorji sbieħ lill- Pawlisti hekk kif fl-istaġun li għadda huma sfaw eliminati minn Riga FC bl-aggregate ta’ 4-2 (li huma rivali eterni ta’ Rigas FS) kaġun tal-kontroll mill-aktar kontrover­sjali tar-referee Irlandiż, Rob Hennessy, bil-konsegwenza li ġew sospiżi players kif ukoll diriġenti minħabba protesti eċċessivi wara t-tieni leg li ntlagħab fis-Centenary Stadium. 

Peró għal dan il-konfront, it-team immexxi mill-coach, Andrea Pisanu, huwa motivat biex ikompli għaddej bis-sensiela pożittiva. 

Iżda huma jridu joqogħdu attenti mill-attakkant Serb, Andrej Ilic, li s’issa skorja 12-il goal għal Riga FS. Huwa għandu intuwizzjoni kbira lejn ix-xibka avversarja u għaldaqstant il-preżenza tiegħu fil-ground tista’ tkun kruċjali. 

Dan minbarra l-attakkant Brażiljan, Emerson Deocleciano, li qed jistabbilixxi lilu nnifsu fil-kampjo­nat domestiku fejn s’issa skorja wkoll seba’ goals.  

Huma għadhom kif sofrew eli­minazzjoni drammatika mill- UEFA Champions League meta tilfu bl-għoti tal-penalties kontra HJK Helsinki tal-Finlandja wara li temmew b’aggregate ta’ 2-2.

Rigas jinsabu fit-tieni post tal-kampjonat domestiku fejn minn 23 partita kisbu 52 punt u jinsabu distakkati b’erba’ punti mil-leaders Valmiera, għalkemm lagħbu partita  iktar.  

Il-logħba se tintlagħab fis-6.00 pm f’LNK Sporta Parks li jesa’ 1,000 spettatur.

Sport