Sunday, December 29, 2024

Fl-2023: 4,715-il rapport fuq serq

Aqra wkoll

It-total ta’ rapporti ta’ serq li saru mal-Pulizija matul is-sena li għaddiet kienu jammontaw għal 4,715. Dan ifisser żieda ta’ 116-il rapport fuq l-2022 fejn kienu saru b’kollox 4,599 rapport ta’ serq. 

Minn tagħrif li ngħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurta, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, għal sensiela ta’ mistoqsijiet li sarulu mid-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott, jirriżulta li l-akbar ammont ta’ każi ta’ serq fl-2023 saru f’San Ġiljan segwit minn San Pawl il-Baħar.

Wara dawn iż-żewġ lokalitajiet, kien hemm ukoll Tas-Sliema, Ħal Qormi u l-Belt Valletta. 

Fl-istess tweġiba, il-Ministru Camilleri qal li l-informazzjoni dwar kemm ġew solvuti każi ta’ serq, mhijiex disponibbli fis-sistema elettronika tal-Korp tal-Pulizija.

Għaldaqstant,  qed isiru arranġament biex fi żmien qarib tinħareġ sejħa għall-offerti biex tiġi installata sistema li tiġbor fiha informazzjoni dwar każi ta’ serq li jkunu ġew solvuti mill-pulizija. 

Dan kollu se jkompli jaġġorna u jsaħħaħ il-ġbir ta’ informazzjoni mill-pulizija dwar reati li jkunu saru f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport