Thursday, December 26, 2024

Fl-2023 Malta bagħtet 45 tunnellata ta’ mediċina lill-poplu Ukren fost affarijiet oħrajn

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet pajjiżna bgħat 45 tunnellata ta’ oġetti mediċinali fosthom garżi, faxex, swabs eċċ. Ma’ dawn is-sena l-oħra wkoll ingħataw 19-il generator. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri fil-Parlament waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott.

Il-Ministru beda biex jagħti rendikont mis-sena 2022 hekk kif sostna li sentejn ilu Malta bagħtet 34 tunnellata ta’ mediċinali. Dawn din is-sena l-Ministru Camilleri qal li diġa ngħata 25 mine detector.

Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Camilleri sostna li “dawn intbaghtu lill-Poplu Ukren permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u Stati parteċipanti dwar il-protezzjoni ċivili, biex itejjeb il-prevenzjoni, it-tħejjija, u r-rispons għad-diżastri. Infurmat ukoll illi f’Mejju tas-sena 2022 id-Direttorat tal-Affarijiet tad-Difiża kkoordina biex jipprovdi tagħmir u provvisti mediċi li swew ​€79,982.”

Ekonomija

Sport