Saturday, May 18, 2024

Fl-Afganistan in-nisa mhux permessi li jivvjaġġaw iktar minn 45 mil mingħajr preżenza ta’ raġel

Aqra wkoll

It-Taliban ħareġ ordni li tgħid li nisa Afgani li jkunu jridu jivvjaġġaw distanzi twal se jkunu qed jingħataw mezz ta’ trasport biss jekk ikunu akkumpanjati minn raġel li jiġi minnhom. 

Din id-direttiva, li nħarġet matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, kompliet iżżid mar-restrizzjonijiet fuq d-drittijiet tan-nisa li tista’ tgħid bdew jitnaqqru bil-mod il-mod minn meta t-Taliban ħadu l-kontroll tal-pajjiż f’Awwissu li għadda. 

Apparti hekk, il-maġġoranza tal-iskejjel sekondarji issa huma magħluqin għan-nisa, filwaqt li ħafna nisa huma pprojbiti milli jmorru għax-xogħol. L-għaqda Human Rights Watch qalet li l-aħħar miżuri mħabbra qed ikomplu jressqu lin-nisa lejn ħajja ta’ priġunerija. Membru ta’ HRW meta tkellemet ma’ AFP qalet li din l-ordni qiegħda “tnaqqas serjament il-libertà tal-moviment tan-nisa” u “qiegħda tagħmilha impossibbli għan-nisa biex jaħarbu minn djarhom jekk ikunu qed jiffaċċjaw vjolenza jew abbuż.”

Din l-aħħar direttiva tgħid illi dawk in-nisa kollha li jkunu jridu jivvjaġġaw għal iktar minn 45 mil (72 kilometru) iridu jkunu akkumpanjati minn membru maskili mill-familja tagħhom. 

Sport