Saturday, December 21, 2024

Fl-aħħar sigħat irkupraw ftit aktar mill-każi ġodda reġistrati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mit-3,512 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 121 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 127 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi naqas bi ftit  għal 2,594.

Intant l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li mill-każi reġistrati lbieraħ kien hemm 42 persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom li kienu diġà pożittivi, 11-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, disa’ każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuna oħrajn pożittivi, u 12-il każ minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport