Saturday, May 4, 2024

Fl-Ekwador: Mara nstabet tieħu n-nifs fit-tebut minkejja li kienet iddikjarata mejta

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn storja ta’ niket hekk kif familjari ta’ anzjana Ekwadorjana kienu mnikktin bit-telfa tal-għażiża tagħhom, inbidlet għal waħda li qas titwemmen. Dan hekk kif ġie skopert li l-istess anzjana li ġiet iddikjarata mejta nhar il-Ħamis li għadda, kienet għadha ħajja u kienet qed tissielet għan-nifs.

Bella Montoya ta’ 76 sena ġiet iddikjarata mejta aktar kmieni din il-ġimgħa, fejn kien hemm suspett li mietet kawża tal-pulizija. Il-każ seħħ ħames sigħat wara li ġiet iddikjarata mejta fl-Isptar tal-Ekwador. Il-qraba tagħha kienu qegħdin jippreparaw biex ibiddlulha l-ħwejjeġ ta’ qabel id-difna, meta sabuha tissielet għan-nifs.

Immedjatament l-anzjana ttieħdet fl-istess sptar sabiex tingħata aktar kura. Min-naħa tiegħu l-Ministeru tas-Saħħa tal-pajjiż waqqaf kumitat sabiex jinvestiga dan l-inċident. Fi stqarrija li bagħat, l-istess Ministeru qal li l-mara ddaħlet l-isptar b’arrest kardjorespiratorju, jiġifieri bi qtugħ ta’ nifs kbir u li qalbha ma kinitx qegħda tiffunzjona sew.

F’kumment li ta lil midja internazzjonali, it-tifel tal-anzjana Gilber Rodolfo Balberán Montoya qal li hija ddaħħlet l-isptar il-Ħamis filgħodu għal ħabta tad-9:00a.m u li aktar tard għal ħabta ta’ nofstanhar ġew it-tobba u qalulu li ommu ħalliet din id-dinja. Huwa żied jgħid li s-sinjura Montoya tpoġġiet f’tebut għal diversi sigħat u li kien dak il-perjodu fejn indunaw il-familjari li qegħda tieħu n-nifs.

Sport