Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena… L-ERA toħroġ 437 multa fuq skart mhux maħruġ skont l-iskeda

Aqra wkoll

Minn Jannar 2026 sa Ġunju 2026, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet 437 multa fuq skart maħruġ mhux skont l-iskeda ta’ ġbir ta’ skart. 

Ħabbret dan il-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritilha mid-Deputata Nazzjonalista Norma Camilleri. 

Il-Ministru Dalli qalet li l-ERA kontinwament twettaq eżerċizzji ta’ monitoraġġ u infurzar madwar il-gżejjer Maltin kemm rigward min joħroġ skart mhux skont l-Iskeda Nazzjonali għall-Ġbir tal-Iskart kif ukoll fuq min joħroġ l-iskart mingħajr ma jisseparah. 

Hija fakkret li l-infurzar rigward taħlit ta’ skart fil-boroż huwa suġġett għall-Ittra ta’ Twissija bħala l-ewwel azzjoni ta’ infurzar, imbagħad multa li l-ammont tagħha jiddependi minn jekk l-iskart oriġinax minn stabbiliment kummerċjali jew sors domestiku. 

F’dan ir-rigward, il-Ministru Dalli qalet li sal-aħħar ta’ April 2026 inħarġu 357 ittra ta’ Twissija, u nħarġu erba’ multi fuq persuni li nqabdu iktar minn darba jħalltu l-iskart. Dawn il-figuri jappartjenu għall-ERA biss.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport