
It-Tnejn filgħaxija, fil-Pjazza ta’ Għajnsielem, ittellgħet l-aħħar attività bħala parti mill-ġimgħa ddedikata lill-pulizija. Kull min attenda seta’ jgawdi minn atmosfera rilassanti fl-istess waqt li kellu l-opportunità li jiltaqa’ mill-qrib mal-membri tal-Korp u jsegwi wirjiet mill-Precision Drill Team, mit-Taqsima tal-Klieb u anke mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija fost oħrajn.

Il-Ġimgħa tal-Pulizija 2026 fakkret il-212-il anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

