Sunday, December 22, 2024

Fl-Indja: Mill-inqas 18-il persuna jmutu wara li waqa’ saqaf fuqhom waqt li kienu qed jistkennu taħtu mix-xita

Aqra wkoll

Mill-inqas 18-il persuna li kienu qed jattendu funeral fit-Tramuntana tal-Indja mietu wara li saqaf li kienu qed jistkennu mix-xita taħtu ġġarraf.

Taħt is-saqaf, li jagħmel parti minn binja ta’ krematorju fid-distrett ta’ Ghaziabad, kien hemm miġburin mal-40 persuna.

Ħaddiema tas-salvataġġ għamlu użu minn klieb biex isibu lill-persuni maqbudin taħt it-tifrik. Uħud mill-persuni li ġew salvati kienu deskritti li jinsabu f’qagħda kritika.

Mhuwiex magħruf x’wassal biex iġġarraf is-saqaf, madankollu l-awtoritajiet qed jippjanaw li jinvestigaw l-inċident.

Ekonomija

Sport