Każ xokkanti li qed iqajjem diskussjoni f’għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja jirrigwarda tarbija ta’ 18-il xahar li ġiet stuprata minn qarib tagħha stess. Iż-żagħżugħ tressaq il-Qorti akkużat b’dan ir-reat.
Il-każ seħħ f’Madhya Pradesh Damoh. Il-Pulizija ta’ dan il-post irrappurtaw li l-inċident seħħ meta omm u missier it-tarbija ma kienux id-dar. Jidher li l-omm marret tixtri l-ħaxix waqt li l-missier kien għax-xogħol.
Jirriżulta li meta l-omm irritornat id-dar, hi sabet lit-tarbija f’pożizzjoni li mhux soltu tkun fiha. Hi ħaditha l-isptar. Sarulha l-eżamijiet neċessarji u nstab li mhix fil-periklu. Il-mara wara marret għand il-Pulizija u dawn arrestaw lil żagħżugħ ta’ 19-il sena.