Saturday, April 27, 2024

Fl-Indja: Tarbija tinstab ħajja wara li ndifnet bi żball

Sospiżi żewġ ħaddiema fi sptar fl-Indja li ddikjarawha mejta mat-twelid

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Każ li xxokkja lil ħafna nies u aktar u aktar lill-membri ta’ familja involuti huwa dak irrapportat li seħħ fl-Indja dwar tarbija li “qamet mill-mewt”. Din it-tarbija li ġiet iddikjarata mejta mat-twelid, instabet tibki u loġikament il-ġenituri u l-qraba tagħha preżenti baqgħu mbellha b’dak li kien qiegħed jiġri.

Żewġ ħaddiema tal-isptar li twieldet fih, f’Banihal, fl-Indja, ġew sospiżi wara li ħareġ fil-miftuħ l-iżball oħxon li kienu għadhom kemm għamlu ftit tas-sigħat qabel. It-tarbija inkwistjoni hija tifla. 

Ġara li minħabba li kien hemm kwistjoni dwar il-post fejn kellha tindifen din it-tifla, siegħa wara l-ġenituri ddeċidew li jħaffru l-qabar tagħha biex ipoġġuha f’post ieħor. Kien hawn li b’sorpriża kbira sabuha ħajja tibki. 

Iż-żewġ ħaddiema tneħħew minn fuq il-lant tax-xogħol tagħhom sakemm l-awtoritajiet jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom. L-uffiċjal mediku ta’ Banihal Block, Dott. Rabia Khan, qal li, “Diġà ssospendejna infermier u kennies li jaħdmu fis-sezzjoni tal-ġinekoloġija. Dan għamilnieh b’effett immedjat sakemm issir inkjesta”.

Skont rapporti lokali din it-tarbija ttieħdet immedjatament lura fl-isptar għall-attenzjoni medika meħtieġa wara li litteralment kienet indifnet ħajja.

Sport