Saturday, May 4, 2024

Paolo Favaretto coach ġdid ta’ Gudja United

Aqra wkoll

Gudja United ħatru lil Paolo Favaretto bħala l-coach il-ġdid tagħhom. Favaretto se jkun qed jieħu post Thane Micallef li jinsab ferm viċin li jiffirma ftehim ma’ Valletta.

Favaretto kien beda l-karriera tiegħu ta’ coach ma’ Bassano u wara kien coach ta’ Pievigina, it-team tal-youths ta’ Mestre u Jesolo qabel ingħaqad ma’ Venezia fejn kien coach tat-timijiet tal-youths, assistant coach, caretaker coach u coach tat-team tal-kbar. Aktar tard kellu perjodi bħala coach ta’ Padova (youths), Aprilia, Delta Porto Tolle, Real Vicenza u għal darb’oħra Venezia.

F’nofs l-istaġun 2017/18, huwa ġie għall-ewwel darba f’Malta, fejn mexxa lil Senglea Athletic fil-Premier League.

Mar-ritorn tiegħu fl-Italja, huwa kkowċja lil Levico Terme, Pordenone (youths) u Union Feltre.

Intant Gudja United offrew kuntratti ġodda lil Matias Muchardi, Juan Andres Bolanos Ramires u Ahinga Bienvenu Selemani u fil-jiem li ġejjin mistennija jħabbru formalment l-akkwisti ta’ Andre Fausto Rodrigues Prates u Vito Plut mingħand Santa Lucia.

Sport